Ersilia Gauci ta’ 44 sena mill-Belt amettiet l-akkużi li kisret l-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest.
Il-mara naqset milli segwi kundizzjonijiet imposti f’żewġ digriet li ngħata minn żewġ Maġistrati.
Il-mara hija riċediva. Hija tabbuża wkoll minn sustanzi u għandha diffikultajiet mentali.
Il-Magistrat Ian Farrugia sabha ħatja u ġiet ikkundanata sentejn ħabs.
Malli l-Maġistrat taha s-sentenza hija qalet li se tappella.