Dawn huma żewġ t’itfal li ta’ kuljum qed jaqsmu riċetta man-nies biex biss iservu ta’ wens lil dawk li qed jarawhom iżda anki huma jżommu ruħhom okkupati fi żmien li qed jibqgħu f’darhom minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
Zaira ta’ disa’ snin u Zea ta’ ħames snin ilhom xahar id-dar wara li għalqu l-iskejjel u issa apparti x-xogħol tal-iskola qed iqassmu l-ħin tajjeb biex iħejju ikla bnina.
Minn gallettini u kejkijiet tal-frott, għal qassatat bis-salamun, dawn iċ-ċkejknin ħadu l-kmand tal-kċina.
Iż-żewġ t’ibniet qalu li r-riċetti ntlaqgħu tajjeb u qegħdin jirċievu diversi kummenti pożittivi dwar dak li qegħdin jagħmlu.
Omm Zaira u Zea, Vanessa Chetcuti qalet li qabel ma kinux isibu ċans isajru ħlief fi tmiem il-ġimgħa jew fil-vaganzi.
Magħna, Zaira u Zea għamlu appell lin-nies filwaqt li jsellu għal qrabathom li ilhom ma jaraw minħabba l-pandemija tal-Covid-19.