Tħabbret il-mewt ta’ Michael Tanti ta’ ħamsa u sebgħin sena, li jiġi missier mart l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, is-Sinjura Michelle Muscat.
Is-Sur Tanti kien għalliem tal-Ingliż u attiv fil-qasam tas-sajd.
Fi stqarrija l-Partit Laburista sellem ukoll il-memorja tas-Sur Tanti.
Kemm Il-Partit Laburista kif ukoll l-istazzjon ONE wasslu l-kondoljanzi sinċiera lill-qraba u dawk kollha viċin tiegħu.
Intant, fi tweet il-Prim Ministru Robert Abela bagħat ukoll il-kondoljanzi ill-familja tas-Sinjura Muscat.
My deepest condolences to Michelle Muscat after the passing away of her father Michael Tanti – my heart goes to her and the Muscat/Tanti families during this very difficult period – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) April 13, 2020