Raġel ta’ 65 sena residenti Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza f’Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu fi Triq il-Kapuċċini.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-vettura involuta fl-inċident hija ta’ tip Nissan NV u kienet misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żabbar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tadDistrett.