Ħalla din id-dinja Frankie Cortis, resident fid-Dar tal-Providenza.
L-amministrazzjoni tad-Dar tal-Providenza qalet kif Cortis mar jgħix f’din id-dar wara l-mewt ta’ ommu,
Qalu li Frankie kien bniedem dħuli, ċajtier, qatt ma jgerger, prudenti u maħbub minn kulħadd u li d-delizzju tiegħu kien li jisma’ l-marċi allegri.
Kellu devozzjoni kbira lejn San Ġużepp u fil-kamra tiegħu kellu diversi statwi tiegħu. Kull sena kien imur għall-Festa ta’ San Ġużepp tar-Rabat.
Fl-2015 kien iltaqa’ mal-Papa Franġisku f’Udjenza Privata fil-Vatikan meta d-Dar tal-Provdienza kienet qed tiċċelebra l-50 sena mit-twaqqif tagħha.
Il-post qalet li ironikament l-aħħar xewqa tiegħu kienet li meta jmut issirlu l-quddiesa fil-Knisja ta’ Ġieżu u li l-Banda l-Isle Adam tar-Rabat takkumpanjah b’marċi allegri saċ-ċimiterju għax kien jgħid: “dakinhar ikun fejn il-Mulej. Kellu jmut propju f’dan iż-żmien li dan ma jistax ikun possibbli.”