Dalgħodu, il-banda tal-pulizija ħarġet tferraħ lill-anzjani li jgħixu fil-Dar tal-Anzjani f’diversi lokalitajiet madwar Malta.
Dan il-ġest sar hekk kif bħalissa dawn l-anzjani jinsabu maqfulin ġewwa din id-dar minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Issoltu f’Jum l-Għid il-Kbir, f’din il-parti ta’ Bormla magħrufa bħala x-Xgħira, tkun mimlija b’mijiet ta’ nies li jaraw il-ġirja tradizzjonali ta’ Kristu Irxoxt, li tkun mistennija minn ħafna nies.
Barra Bormla, il-banda tal-Korp tal-Pulizija marret ukoll ġewwa l-Fgura, il-Mosta, Ħal Balzan u n-Naxxar.