L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa avżat li jekk il-lockdowns jitwaqqfu wisq kmieni dan jista jkun kaġun ta’ ħafna fatalitajiet.
Kelliem għall-WHO tenna li pajjiżi Ewropej kienu għaddejjin minn mewġa ta’ din l-epidemija. Żied jgħid li l-WHO qed jaħdmu mill-qrib mal-Gvernijiet sabiex joħolqu strateġija rigward ir-restrizzjonijiet. Iżda minkejja dan qed jappellaw sabiex ma jiġux implimentati wisq kmieni.
Semmew ukoll kif l-aktar pajjiżi Ewropej milquta, Spanja u l-Italja minkejja li qed jerħu gradwalment diversi miżuri xorta waħda għadhom taħt lockdown.
Madwar id-dinja s’issa 1.6 mijun każ ta’ Coronavirus u aktar minn 100,000 każ ta’ mwiet.