Illejla, s-sema Maltija timtela b’ilwien il-ġmiel tagħhom b’tislima lil Santa Marija. Eluf ta’ Maltin jerħulha għal konfini ta’ diversi rħula, fuq quddiem nett l-Imqabba u l-Qrendi, biex isegwu spettakli ta’ piroteknika mill-isbaħ.
Xogħol fuq murtali tal-kulur u logħob pirokteniku sinkronizzat mal-mużika huwa l-attrazzjoni ewlenija. Mhumiex biss dawn iż-żewġ lokalitajiet li jafu joffru spettaklu.
Festi oħra jiġbdu masses kbar ta’ nies, fosthom il-Mosta, anke jekk hawn ir-raġuni forsi tmur lil hin mill-piroteknika minkejja li hawn ukoll insibu pjanata ħarqa nar tal-ajru u oħra tal-art.
Ma jonqsux l-anqas il-wirjiet f’Valletta Road, Ħal Għaxaq u l-Gudja li wkoll għandhom pirotekniċi kapaċi. U forsi f’Ħ’Attard b’iktar modesta iżda hemm ukoll wieħed isib tim dedikat ta’ nies li jagħmlu minn kollox biex iżommu tradizzjoni ħajja. Tradizzjoni ta’ qima lejn l-Assunta li f’Għawdex tinżamm mixgħula fir-Rabat.
Hu x’inhu lokal u hu x’inhu l-kobor tal-festa f’dan il-lejl ta’ logħob tan-nar għandna messaġġ wieħed: “Awguri u ħudu ħsieb.”