Iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-lejl tal-bieraħ wasslet għall-arrest ta’ raġel Somalu li għandu 26 sena wara li nstab fil-pussess ta’ madwar 40 biċċa ta’ sustanza kannella suspettata raża tal-kannabis.
Din is-sustanza nstabet moħbija f’pakkett tas-sigaretti u kienet lesta biex tiġi ttraffikata ġewwa Paceville.
Ir-raġel tressaq b’arrest il-Qorti llum, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr F Depasquale LL.D fejn wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.