F’iktar spezzjonijiet mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, snack bar f’San Pawl il-Baħar inqabad miftuħ bil-klijenti jixorbu fuq bankijiet fuq barra tal-istabbiliment. Hekk kif dan kien bi ksur tal-avviż legali, l-istabbiliment inkwistjoni ġie mmultat €3000.
Intant matul il-jum tal-Erbgħa l-MTA spezzjonat iżjed min 1,100 stabbiliment, 850 f’Malta u 160 f’Għawdex.
Biex b’hekk l-ispezzjonijiet tal-MTA fil-gżejjer Maltin minn meta tnieda l-avviż legali qabżu id-19,000.