L-Isptar Mater Dei se jkun qed iwaqqaf il-viżti, b’mod temporanju. Dan tħabbar f’messaġġ fuq il-midja soċjali.
Din il-miżura temporanja ttieħdet sabiex tipproteġi lill-pazjenti u lill-ħaddiema li jaħdmu fl-isptar minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Din il-miżura temporanja mhux se tkun qed taffettwa meta l-viżitaturi jżuru lit-tfal u f’sitwazzjonijiet straordinarji. F’dan il-messaġġ intqal li l-qraba ta’ dawn in-nies se jkunu nfurmati mill-istaff tal-isptar.