Fl-ewwel perjodu ta’ dan il-Gvern kabbarna l-ekonomija kif ukoll naqsu n-nies mill-faqar u dawk fil-‘middle class’ żdiedu b’14%. Dan huwa l-ewwel darba f’ għaxar snin lill-faqar f’ pajjiżna naqqas, madankollu dan għadu biss l-ewwel pass u dan il-Gvern irrid jara lil l-ġid li qed jinħoloq mit-tkabbir ekonomiku li issa huwa kkonfermat bħala l-akbar fl-Ewropa jinqasam b’mod ugwali fost il-kategoriji kollha tan-nies.
Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt kollegament telefoniku fuq ONE Radio l-Ħadd filgħodu filwaqt li qal li sostna li issa pajjiżna kompla jiġi kkonfermat bħala l-aqwa fl-Ewropa hekk kif kellhu l-akbar tkabbir ekonomiku flimkien mall-inqas rata ta’ qagħad. Huwa semma kif matul din il-ġimgħa komplew il-Konsultazzjonijiet dwar il-Baġit 2017 li mistenni jiffoka fuq il-prosperita’ u l-Ġustizzja Soċjali.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat elenka l-fatt kif taħt dan il-Gvern naqqsu b’ għaxra fil-mija ż-żgħażagħ li ma jirċievu l-ebda taħriġ jew jinsabu bla xogħol u għalhekk dan huwa konferma lill-Garanzija għaż-Żgħażagħ qed taħdem b’ suċċess u b’ mod li ma titfax piż fuq l-ekonomija tal-pajjiż. Din hija l-istess Garanzija għaż-Żgħażagħ li ħaddieħor kien qal li hija Garanzija tal-‘Washing Machines’. Huwa qal li l-ġlieda kontra l-faqar se tkompli permezz tal-ħolqien tax-xogħol u l-edukazzjoni.
Waqt dan il-Kollegament il-Prim Ministru qal li jħossu sodisfatt li dan il-Gvern irnexxielhu jirdoppja l-ammont ta’ turisti li jiġu pajjiżna meta mqabbla mal-leġislatura preċidenti. Dan is-suċċess fil-qasam tat-turiżmu qed inissel ċertu prosperita’ f’ Malta u Għawdex Il-Prim Ministru Joseph Muscat temm jgħid li hawn minn qed jixxenaq biex dawn ir-rekord ekonomiku jixxaqaq, madankollu dan il-Gvern ser jibqa’ jħares b’ mod pożittiv lejn il-quċċata tas-suċċess li sa issa għadu ma ntleħħaqx.
https://youtu.be/9hgKamqNuk4