Fl-aħbar ewlenija fil-gazzetti tal-Ħadd, il-gazzetta KullĦadd żvelat kif fost l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp li daħlu fl-aħħar jiem għand l-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm dik li se tara l-ftuħ tal-iskola medika f’Għawdex u l-bini ta’ faċilitajiet ġodda bħala parti mill-proġett ta’ Barts.
Wara xhur ta’ ppjanar, testijiet fuq l-art u diskussjonijiet mal- istess Awtorità, l-investituri kienu f’pożizzjoni li jissottomettu l-pjan tagħhom għall-approvazzjoni tal- Awtorità tal-Ippjanar, li min- naħa tagħha issa tkun qed tevalwaha.
Biswit l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kif nafuh illum, u anke s-sit li llum jilqa’ l-pazjenti, se jkun hemm bidla sħiħa b’faċilitajiet tal-ogħla livell biex f’Għawdex ikollna dak magħruf bħala teaching hospital tal-ogħla livell. B’hekk, pass pass u sit sit, qed jieħu l-ħajja l-proġett ta’ sħubija bejn il-Gvern u l-privat l-qasam tas-saħħa.
Fl-aħħar jiem kien ikkonfermat kif f’San Luqa jibda x-xogħol wara l-festi ta’ Santa Marija. L-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar saret fl-istess ġimgħa li kien if rmat ftehim importanti ħafna b’rabta mal- investiment ta’ iktar minn €200 miljun. Il-ftehim kien iffirmat bejn il-Gvern u l-infermiera, li jirrappreżentaw sezzjoni kruċjali ta’ ħaddiema s-settur tas-saħħa.