Il-Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe, huwa mistenni li jiddikjara stat ta’ emerġenza fi sforz biex iwaqqaf il-Coronavirus milli jkompli jinfirex madwar il-pajjiż.
Il-Gvern kellu pressjoni biex jaġixxi hekk kif l-infezzjonijiet żdiedu b’ritmu mgħaġġel, partikolarment fil-kapitali Tokjo, u dan minkejja li fil-Ġappun il-każijiet huma ferm inqas meta mqabbel mal-Istati Uniti, iċ-Ċina u diversi pajjiżi Ewropew.
Id-dikjarazzjoni ta’ emerġenza tagħti lill-gvernaturi fir-reġjuni l-aktar affetwati, l-awtorità biex jitolbu lin-nies jibqgħu fi djarhom u n-negozji biex jagħlqu.
Aktar minn 3,500 persuna ttestjaw pożittiv għall-coronavirs u 85 persuna mietu b’konsegwenza tal-istess virus fil-Ġappun.