Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson kellu jidaħħal l-isptar tard il-Ħadd filgħaxija minħabba sintomi persistenti tal-coronavirus. Huwa ttieħed l-isptar bħala prekawzjoni fuq parir tat-tabib tiegħu. Johnson irriżulta pożittiv għall-virus għaxart ijiem ilu.
Minkejja li jinsab l-isptar, il-Prim Ministru Ingliż se jibqa’ nkarigat mill-Gvern, madankollu l-laqgħa dwar il-pandemija li se ssir matul il-jum tat-Tnejn se tkun imexxija mis-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Ingliż.
Kelliem għall-Gvern qalet li Boris Johnson irringrazzja lill-ħaddiema kollha tas-saħħa għax-xogħol impekabbli li qed jagħmlu filwaqt li ħeġġeġ lill-pubbliku jkompli jsegwi l-pariri tal-gvern biex jibqgħu d-dar. Bħalissa fir-Renju Unit hemm ‘il fuq minn 48,000 każ ta’ Coronavirus.