Il-kantanta Eliana Gomez Blanco nediet il-kanzunetta “Storms run out of rain”.
Hija kkomponiet din il-kanzunetta wara li l-esperjenza li kellha fil-Junior Eurovision. Hija għmlet kors dwar il-produzzjoni tal-mużika għand Cyprian. B’hekk setgħet tipproduċi din il-kanzunetta flimkien ma’ Cyprian. Filwaqt li l-lirika hija ta’ Etienne Micallef.
Din il-kanzunetta tittratta s-sitwazzjoni li qed tolqot lid-dinja kollha minħabba l-imxija tal-Coronavirus fejn familji jinsabu ‘l bogħod minn xulxin. Iżda minkejja dan irridu nibqgħu pożittivi.
Għal dan il-għan hija xtaqet toħroġ din il-kanzunetta sabiex tagħmel kuraġġ lill-ħaddieħor f’dan iż-żmien diffiċli.