Malaika, infermiera ta’ 29 sena, żammet f’idejha lil Ali – tarbija ta’ jumejn waqt li kien qed jieħu l-aħħar nifs ta’ ħajtu. Din t-tarbija twieldet f’Aleppo, f’waħda mill-iżjed bliet milquta mill-gwerra ċivili fis-Sirja, Ali twieled bi problemi f’sidru u spiċċa jiddependi fuq magna tal-ossiġnu.
Kien propju fit-23 ta’ Lulju, meta l-gvern għamel attakk mill-ajru fuq l-isptar li fih kien qed jinżamm Ali, u li miegħu kellu 11-il tarbija oħra. Dan ma kinx biżejjed, ġurnata biss wara – attakk mill-ajru ieħor fuq l-istess sptar. L-infermiera għamlu minn kollox biex lil dawn it-trabi vulnerabbli jsibulhom post sigur – iżda Ali – it-tarbija ta’ ftit jiem spiċċa bla ħajja.
Din l-infermiera kuraġġuża żammet lil din it-tarbija f’idejha bla ħajja. Tarbija li l-anqas biss ingħatat iċ-ċans li tkun taf x’inhi ħajja – vittma ta’ din id-dinja li qed ngħixu fiha.