Alexia Vella nħataret bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Jobs Plus. Hija se tkun qed tieħu post Clyde Caruana, li ftit ta xhur ilu nħattar bħala l-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru. Is-Sur Caruana ser ikollu rwol fi ħdan din l-entità hekk kif aċċetta kariġa mhux eżekuttiva.
F’Kummenti ma dan l-istazzjoni il-Kap Ezekuttiv ta’ Jobs Plus, Alexia Vella qalet li l-ewwel impenn tagħha huwa l-effett tal-Coronavirus fuq is-suq tax-xogħol f’pajjizna.
Bil-gvern ħabbar għadd ta’ mizuri sabiex jgħin lil min iħaddem u ma jintilfux l-impjiegi. Bil-gvern se jħallas paga ta’ tmien mitt ewro fix-xahar lil madwar sittin elf ħaddiem li jaħdmu f’oqsma li ntlaqtu l-aktar mill-imxija tal-Coronavirus.
Il-Kap Eżekuttiv stqarret li l-istaff ta’ Jobsplus ser ikollu rwol importanti ħafna fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin sabiex jassisti l-ħaddiema Maltin f’dan il-perjodu diffiċli kawża tal-imxija tal-Coronavirus.