Illum għall-istudenti tal-ħames sena tal-iskejjel sekondarji tal-knisja kellha tkun l-aħħar ġurnata tal-iskola.
Esperjenza edukattiva għal snin twal kellha tintemm ħesrem.
Il-pjanijiet ta’ dawn l-istudenti sfumaw fix-xejn u minħabba l-Coronavirus l-aħħar ġurnata tal-iskola kienet il-Ħamis tnax ta’ Marzu.
Dan l-istazzjon tkellem ma Mirei Gilson, tfajla ta’ 15-il sena li kienet tattendi l-iskola tal-Immaculate Conception ta’ Ħal Tarxien. Stqarret kif qiegħda tħoss in-nuqqas tal-ħbieb tagħha minkejja li jżommu l-kuntatti b’mod virtwali.
Mirei stqarr magħna: “Imma ma ridniex naċċettaw lil dik kellha tkun l-aħħar ġurnata imma huwa mument emozzjonali għalina.”
L-aħħar ġimgħa tal-iskola kellha tkun ġimgħa mimlija attivitajiet iżda minflok dawn l-attivitajiet, l-istudenti sellmu lil xulxin permezz ta’ filmat.
Mirei kompliet tgħid: “Bdejna nindunaw qisna li mhux se jkollna farewell. Grazzi għalliema għamilna farewell online u qisna ltqajna biex għidna ċaw lil xulxin.”
It-tfajla qaltina li l-ħsieb huwa li jorganizzaw attività l-iskola f’Settembru illi ġej qabel jinfirdu u jibdew esperjenza edukattiva ġdid f’livell post-sekondarju.
Mirei temm tgħidilna: “Jekk Alla jrid f’Settembru jekk jerġa’ jkun kollox ok , niltaqgħu f’Settembru meta jerġgħu jidħlu lura l-iskola l-oħrajn.”