L-immaniġġjar tal-iskart huwa suġġett ta’ interess pubbliku kbir, u minn żmien għal żmien ikun hemm diversi artikli differenti fuq dan is-suġġett. Artiklu li ħareg il-Ġimgħa 3 ta’ April 2020 filġurnal Times of Malta abbina l-pandemija kurrenti tal-Coronavirus ma’ livell ġdid ta’ ‘kriżi fl-immaniġġjar tal-iskart’.
Fuq din il-materja, il-Wasteserv tixtieq tikjarifa numru ta’ punti.
Il-Wasteserv enfasizzat li s-saħħa tal-ħaddiema tal-kumpanija tibqa’ l-ogħla prijorità tagħna. F’dawn iż-żminijiet diffiċli, waqt li numru kbir ta’ nies qegħdin sikuri f’darhom, għadd kbir ta’ ħaddiema għaddejjin qatigħ joperaw il-faċilitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna.
F’dan ir-rigward, il-gratitudni tagħna lejn dawn il-ħaddiema mhux biżżejjed. Il-Wasteserv għandha ddover li tieħu lmiżuri kollha possibbli sabiex tissalvagwardja lil dawn il-ħaddiema. Allavolja l-ebda servizz mogħti millWasteserv ma ġie mwaqqaf s’issa, ġie introdott ċertu tibdil bħala miżuri ta’ prekawzjoni. Sabiex nillimitaw ilkuntatt bejn ħaddiem u ieħor qed jitħaddan il-kuċett ta’ social distancing. Barra minn hekk, kif kwotat flartiklu, ċertu proċessi operatttivi nbiddlu sabiex nissalvagwardjaw il-ħaddiema.
Bla dubju, il-ħaddiema huma provduti bl-apparat preventiv kollu meħtieġ. F’dan il-kuntest, qed nikkonfermaw li lmiżuri kollha introdotti huma konformi ma’ prattiċi mħaddnin internazzjonalment, u anke abbażi ta’ diskussjonijiet fuq livell Ewropew.
Richard Bilocca, il-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Wasteserv, mar lil hinn mitterminu ta’ ‘kriżi fl-immaniġġjar taliskart’ u spjega kif ilviżjoni li qed iwassal il-Ministeru tal-Ambjent, Tibdil tal-Klima u l-ippjanar ‘ser ibiddel drastikament id-direzzjoni, minn waħda li predominament tiddependi fuq landfilling, għal kuntest ta’ ekonomija ċirkulari fejn l-iskart jiġi rkuprat u mibdul f’riżorsa; kemm fil-ġenerazzjoni tal-enerġija, ittrasformazzjoni fi prodotti riċiklati, u f’materjali oħra ta’ valur għoli’. Minkejja li s-sitwazzjoni mhix millaktar faċli u għadha tippreżenta sfidi kbar, is-soluzzjonijiet diġà bdew jiġu identifikati u fil-jiem li ġejjin ser ikunu mħabbrin deċiżjonijiet importanti.
Għaldaqstant, il-Wasteserv tinkuraġġixxi lill-pubbliku sabiex ikomplu jissepara l-iskart għar-riċiklaġġ, filwaqt li tħeġġeġ lil kulħadd sabiex isegwi lpjattaforma talmidja soċjali fejn il-kumpanija tkun qed twassal informazzjoni interessanti, li tinkludi attivitajiet anke immirati għattfal. Dawn iservu mhux biss bħala ideat ta’ crafts waqt li t-tfal qegħdin miżmuma ddar f’dawn iż-żminijiet diffiċli, iżda jkomplu jiżirgħu aktar għarfien ambjentali risponsabbli fiċ-ċkejknin ta’ dawn il-gżejjer, liema tħaddin huwa kruċjali għallimplimentazzjoni tal-istrateġija ambizzjuża li l-Wasteserv ser tkun qed timraħ biha fiż-żmien li ġej.