200 persuna għażlu li jiġru għarwenin ħuta f’zoo f’Londra biex jinġabru fondi għal soċjetá li taħdem biex tagħmel monitoraġġ u tipproteġi t-tigri madwar id-dinja.
Dawn il-persuni kuraġġużi ġrew 300 metru f’Regent Park Zoo – b’uħud minnhom għażlu li jpinġu ġisimhom minn fuq s’isfel f’disinji assoċjati mall-annimali.
Iżda dawn ma għamlux din il-ġirja għarwenin għalxejn, dan għaliex irnexxielhom jiġbru madwar €28,000 li se jkunu qed jgħinu karità internazzjonali tal-konservazzjoni tal-annimali.
Din ma kinitx l-ewwel darba li sar avveniment ta’ dan it-tip u sal-illum nġabru mal- €190,ooo.