F’ post ta’ gwerra qalb it-trab, il-bombi u l-imwiet, omm twelled tewmin sijamiżi fis-Sirja.
Nawras u Moaz, huma magħqudin flimkien mis-sider u għandhom kumplikazzjonijiet fl-imsaren, dawn it-tewmin twieldu fil-belt ta’ Douma.
Frotunatament, dawn it-trabi ttieħdu b’ambulanza f’sptar tat-tfal fiż-żona ta’ Damascus.
Tobba Sirjani appellaw lil Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li jekk dawn it-trabi ma jiġux operati fil-jiem li ġejjin, se jitilfu ħajjithom.
- X’nafu s’issa dwar din il-kundizzjoni?
-Tewmin sijamiżi jiffirmuw mill-istess bajda fertillizata u dejjem ikunu identiċi u tal-istess sess.
-Mhux magħrufa r-raġuni għala l-embrijun ma jagħmilx il-proċess kollu biex jissepara lit-tewmin.
-Fl-aħħar 500 sena rajna 600 par ta’ tewmin sijamiżi b’ 70% minnhom ikunu ta’ sess femminili.
-Minkejja l-avvanzi fil-mediċina, separazzjoni kirurġika għadha rari ħafna.