Mara ta’ 37 sena mill-Imqabba qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza fl-Imqabba.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu fi Triq il-Madonna tal-Ġilju.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei.
Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li l-mara sfat milquta minn karozza ta’ tip Honda Fit li kienet misjuqa minn mara ta’ 52 sena minn San Ġwann.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tadDistrett.