Il-Kamra ta’ l-Avukati bħala r-rappreżentanta tal-professjoni legali f’Malta fi stqarrija ferħet lill-Imħallef Mark Chetcuti għall-ħatra tiegħu bħala l-Prim Imħallef il-ġdid.
Il-Kamra laqgħet bi pjaċir kbir din il-ħatra ta’ l-Imħallef Chetcuti u rrikonoxiet li dan huwa mument storiku fl-istorja tal-ħatriet tal-ġudikatura Maltija fejn għall-ewwel darba, l-għażla tal-Prim Imħallef saret bi qbil unanimu bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.
L-isqarrija qalet li l-għaxar snin esperjenza tiegħu fil-ġudikatura żgur li se jkunu ta’ ġid kbir fil-ħatra l-ġdida tiegħu u nittamaw li l-għerf, it-tagħrif u l-esperjenza li l-Prim Imħallef kiseb bħala membru tal-ġudikatura se jservuħ fil-ħidma tiegħu sabiex jiżgura li l-ġudikatura taqdi l-mandat tagħha fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja f’pajjiżna, mingħajr biża jew favuri.
Fl-isqarrijaI il-Kamra ħadet ukoll l-opportunità sabiex tirringrazzja lill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi għas-servizz tiegħu u talli dejjem kien lest li jiltaqa’ sabiex jiddiskuti u jikkollabora mal-Kamra fl-aħjar interess tal-ġustizzja.