Għaxar persuni ġew immultati €3000 kull wieħed wara li nqabdu jiksru l-liġi tal-kwarantina.
Fl-aħħar 24 siegħa f’Malta u Għawdex sar 440 spezzjoni mill-Pulizija flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Protezzjoni Ċivili.
Mindu bdew isiru l-ispezzjonijiet s’issa l-awtoritajiet ħarġu 65 multa għal ksur tal-kwarantina obbligatorja.