Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci ġiet insulentata minn mara tard il-bieraħ filgħaxija barra l-bini tax-xandir nazzjonali fi Gwardamangia.
Il-Prof. Gauci ħarġet mill-bini tal-PBS wara li ħadet sehem fi programm u hemm sabet mara tistenniha li nfexxet tgħajjat u tinsulentaha.
Il-mara li taħdem bħala driving instructor pruvat ma tħalliex lill-Prof. Gauci tidħol fil-karozza tagħha.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija wara li daħħlilhom rapport li kien hemm storbju u għajjat barra l-bini tal-PBS.
Sorsi mill-awtoritajiet tas-saħħa qalu lil one.com.mt li l-Professur Gauci mhux beħsiebha tiftaħ proċeduri kontra l-mara li insulentata.