Raġel ta’ 57 sena li jgħix l-Belt inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkkużat li wettaq diversi serqiet.
Ir-raġel ġie akkużat li bejn il-25 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Marzu, li għadda wettaq diversi serqiet minn stabbilimenti u negozji ġewwa l-Belt Valletta.
Huwa ġie akkużat ukoll li kien reċediv.
Ir-raġel ċaħad l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.