Il-kunsilli lokali f’Għawdex ser jibbenefikaw minn allokazzjoni diretta ta’ ħames miljuni, tnejn u sebgħin elf u disa’ mija u seba’ ewro.
Din tfisser żieda ta’ mitejn u ħamsa u erbgħin elf mis-sena l-oħra għall-erbatax-il kunsill li qegħdin joperaw fil-gżira Għawdxija.
Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet fil-Parlament, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Josè Herrera spjega li l-akbar allokazzjoni tmur għall-belt Għawdxija, ir-Rabat, b’sitt mija, disgħa u għoxrin elf, erba’ mija, sebgħa u tletin ewro. Din il-lokalità rat żieda ta erbgħin elf, mija u ħames ewro.
Wara l-belt tar-Rabat insibu ż-Żebbuġ biż-żieda allokata tkun dik ta’ tmienja u tletin elf, seba’ mija u disgħa u ħamsin ewro.
Waħda mill-iżgħar lokalitajiet f’Għawdex ukoll rat żieda fl-allokazzjoni diretta. Minn mija, tmienja u ħamsin elf, seba’ mija, disgħa u ħamsin elf ewro għal mija, erbgħa u sittin elf, mitejn tlieta u tmenin ewro. Żieda ta’ ħamest elef, ħames mija u erbgħa u għoxrin ewro.
B’hekk mill-ikbar lokalità sal-iżgħar waħda, ta’ kull sena qed igawdu aktar fondi.