Wara l-attakki terroristiċi fi Franza, l-awtoritajiet Franċiżi qed jieħdu bosta miżuri li mhux qed jintogħġbu minn kulħadd.
‘Burkinis’ li huwa lbies reliġjuż li jintlibes għall-baħar – ma jistax jintlibes iżjed f’bosta bajjiet popolari Franċiżi.
Dan it-tip ta’ ilbies mhuwiex permess fost oħrajn f’Cannes, li hija belt fir-Riviera Franċiża, l-awtoritajiet stqarru li din hija miżura li ttieħdet wara l-attakki terroristiċi li saru fil-pajjiż.
Dawk li jmorru kontra din il-miżura se jkunu qed jeħlu multa ta’ €38.
X’inhi l-liġi Franċiża dwar il-Burqa ?
- F’ April 2011, Franza kien l-ewwel pajjiż Ewropew li pprojbixxa l-pubbliku milli jilbes il-burqa, dan l-ilbies jagħtti it-tul tal-ġisem kollu filwaqt li l-niqab tagħtti parti sostanzjali tal-wiċċ u tħalli biss jidhru l- għajnejn.
- Dawk li jiksru din il-liġi jistgħu jeħlu multa ta’ €150
- Iżda din il-liġi kellha titneħħa wara li l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tat raġun lill-mara ta’ 24 sena li ressqet il-kawża quddiem il-qorti, fejn qalet li din qed tikser il-libertá reliġjuża tagħha.