L-organiżaturi tal-olimpjadi ta’ Rio stqarru li ma kinux diżappuntati bin-numru ta’ siġġijiet vojta waqt l-kompetizzjonijiet f’Rio li bdew fl-Estadio Olimpico.
Huma spjegaw li nbiegħu 58% tal-biljetti għall-ewwel staġun tal-olimpjadi filwaqt li kienu 65% li xtraw il-biljetti biex isegwu l-Olimpjadi ‘live’ fis-sessjonijiet ta’ filgħaxija.
Waħda mir-raġunijiet li wasslet biex dawn is-siġġijiet jibqgħu vojta kien il-fatt li l-biljetti allokati għall-VIPs ma nbiegħux.
“Mingħajr ċampjins u atleti popolari lokali – il-pubbliku ma kinx daqshekk interessat.” Dan kien kliem Mario Andrada, kelliem għall-organiżaturi tal-olimpjadi ta’ din is-sena.
Huwa kompla jgħid li l-għan huwa li juru lill-Brażiljani kemm huma spettakolari l-olimpjadi.
Iżda l-istorja se tkun differenti nhar il-Ħadd hekk kif huwa mistenni li l-pubbliku jattendi bi ħġaru biex jara lill-atleta tant popolari Usain Bolt jikkompeti f’dawn l-olimpjadi.