Il-Kamra tal-Kummerċ Maltija laqgħet iż-żieda fil-lista ta’ setturi u negozji li issa huma eliġibbli jibbenefikaw mill-iskemi li qed iniedi l-Gvern biex jiġġieled l-impatt ekonomiku tal-COVID-19.
Fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ qalet li fl-aħħar jiem mexxiet diskussjonijiet biex setturi bħal dak tal-bejgħ, u l-iskejjel tal-lingwa Ingliża jitniżżlu fil-lista ta’ negozji eliġibbli għal dawn l-iskemi.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet ukoll li għadha qed tmexxi diskussjonijiet ma’ rappreżentanti tal-industrija u bi ħsiebha tkompli taħdem id f’id mal-Gvern fl-aqwa interess għan-negozji u l-ekonomija Maltija.