Il-Maġistrat Joe Mifsud talab għall-aktar kawtela filwaqt li kellu kliem iebes fil-konfront tal-media wara li xxandru filmati ta’ mara titlajja fit-toroq bi skop ta’ prostituzzjoni meta din kienet għadha qed tidher quddiem il-Qorti.
Mifsud qal dan waqt li kien qed jagħti s-sentenza fil-konfront ta’ din il-mara ta’ 41 sena li tressqet il-Qorti akkużata bi tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni. Hija kienet mixlija wkoll li ma osservatx xi kundizzjonijiet imposta mill-Qorti f’sentenza separata li permezz tagħha kienet ingħatat il-ħelsien mill-arrest.
Madankollu minħabba li fil-perjodu li għamlet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’dawn l-aħħar ġimgħat hija segwiet kull direttivi li ngħatawlha u minn testijiet li sarulha hija ma abbuzatx mid-droga hija tpoġġiet taħt ordni ta’ probation u taħt sorveljanza ta’ uffiċċjal tal-probation għal tliet snin.