Il-proġett tal-Marsa Junction li bħalissa għaddej xogħol ġmielu fuqu, sabiex jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena, jinkludi fih ukoll żewġ ġibjuni.
Dawn iż-żewġ ġibjuni li jaħżnu 1.5 miljun litru ta’ ilma se jkunu qed jintużaw sabiex jissaqqew is-siġar u pjanti li se jkunu qed jitħawlu f’din iż-żona bħala parti mill-proġett li għaddej bħalissa.
Dan intqal mill-aġenzija tal-gvern Infrastruttura Malta fuq il-midja soċjali li qalet li dan il-proġett mhux qed jinkludi biss flyovers imma żoni ħodor li se jkunu qed isebħu ż-żona.