Matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd żewġ stabbilimenti, wieħed fil-Ħamrun u ieħor f’Tas-Sliema sfaw vittma ta’ serq. Il-Pulizija daħlulħa r-rapporti ta’ sgass l-Ħadd filgħodu u minnufiħ bdew jinvestigaw dawn il-każijiet.
L-istabbiliment fil-Ħamrun huwa ħanut li jbiegħ l-ikel filwaqt li dak ta’ Ta Sliema li jinsab fi Triq Bizazza huwa ħanut tat-telekomunikazzjoni.
Għadu mhux magħruf x’insteraq minn dawn iż-żewġ każijiet.