Aktar kmieni waranofsinhar, mara ta’ 55 sena ddaħlet l-isptar għall-kura wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ bejn żewġ karozzi fi Triq Dun Karm, Birkirkara.
Il-mara kienet passiġġiera f’Nissan March misjuqa minn raġel ta’ 44 sena miż-Żurrieq. Kemm dan tal-aħħar kif ukoll ix-xufier ta’ 57 sena minn San Ġwann ma sofrew l-ebda ġrieħi. Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.