Żewġ persuni weġġgħu serjament wara sparatura qrib stabbiliment tax-xiri f’Zaragoza, fil-grigal ta’ Spanja.
L-isparatura seħħet quddiem ħanut tax-xorb u s’issa qed ikun irrapurtat li raġel jista’ jkun li spara lill-eksmara tiegħu quddiem binthom u wara spara lilu nnifsu. Jidher li ż-żewġ persuni baqgħu ħajjin għalkemm midruba gravi filwaqt li t-tifla preżenti ma ndarbitx. Iż-żewġ vittmi ttieħdu l-isptar għall-kura.