Smajnieha kemm-il darba din l-espressjoni. L-għasfur li jġib l-isfortuna, li jitkellem fuq l-isfortuna u li qed jispiċċa jġib l-isfortuna fuqu nnifsu.
Għax Simon ma tistax tiġih waħda tajba! Jeqred biss. Negattiv biss. Ma tiġiehx waħda tajba għax tant jinsab f’dagħdiha li kollox ħażin li hu stess qed jispiċċa joħroġ kull darba ta’ tifel żgħir li tkun ħadtlu xi ġugarel u joqgħod jibki, jeqred u jsabbat saqajh sakemm xi ħadd jagħtih ftit attenzjoni.
Qed ibeżża’ fuq il-qasam tas-saħħa minkejja li dan huwa proġett ta’ fejda. Il-Kap tal-Oppożizzjoni diġà tilef Deputat, għax wieħed qal mod u l-ieħor qal mod ieħor. Simon tkellem kontra l-proġett u Albert Fenech stqarr kemm huwa proġett importanti. Investiment ta’ €200miljun li se jagħtu lil Għawdex u lill-Għawdxin sptar li jixraqrilhom għax kienu ilhom wisq żmien minsija totalment minn kulħadd. Se jkun hemm ukoll rinovazzjoni tal-isptarijiet San Luqa u Karin Grech. Minn settur li l-Gvern ta’ qabel kien qata’ qalbu minnu, Gvern Nazzjonalista li kien qata’ anke qalb il-poplu li xi darba l-affarijiet setgħu jitranġaw, għall-sitwazzjoni fejn dawn l-opportunitajiet ġodda se jwasslu mhux biss għal servizz ta’ kwalità iżda settur li se jsir mutur ekonomiku ieħor.
L-istess diska ta’ paranoia fuq is-settur tal-enerġija. Simon Busuttil f’xejn ma jaqbel lanqas. Ma jridx li jkollna arja aktar nadifa għall-uliedna u l-familji. Ma jridx li jkollna kontijiet oħros għax għadu jemmen li biex jorħsu l-kontijiet għandhom joqgħodu jqumu l-familji bil-lejl iqabbdu l-washing machine. Lanqas irid il-pipline. Tafu xi jrid imma imbagħad? Irid li jkabbar il-footprint tal-Freeport u jiġi jaqa’ u jqum min-nies ta’ Birżebbuġa u l-madwar, l-istess kif għamel Gvern li kien jagħmel parti minn hu għal kwart ta’ seklu sħiħ.
Busuttil kontra wkoll l-Università Amerikana fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta, jopponi liġijiet li kien ilhom is-snin li jidħlu biex idaħħlu akar trasparenza. Kontra l-programm ta’ Ċittadinanza b’investiment, kontra r-riforma fil-lands u t-trasport pubbliku. Kontra kull investiment li jista’ joħloq ix-xogħol f’pajjiżna.
Fuq kollox, u l-isfortuna hija li Simon Busuttil huwa kontra l-familji u n-negozji.
Iżda l-iktar ħaġa tad-daħk hija li qed jispiċċa jopponi lilu nnifsu. Għax tant jgħid affarijiet li huwa kontra tagħhom, li jinsa u jikser kliemu.
Busuttil mingħajr tlaqliq huwa l’uccello del malaugurio (jekk ma temmnux saqsu lill-Iżlanda li xorobhom mill-Euros).