Fid-dawl tal-imxija tal-Coronavirus b’effett minn għada s-Sibt 28 ta’ Marzu 2020, Transport Malta qed tissospendi l-lezzjonijiet tas-sewqan. Din il-miżura qed tittieħed biex kemm jista’ jkun tonqos it-trażmissjoni tal-istess virus.
Wara numru ta’ miżuri li ħadet Transport Malta matul il-ġimgħa li għaddiet, l-Awtorità tħoss li issa għandhom jittieħdu numru ta’ miżuri ulterjuri. Dawn il-miżuri qed jittieħdu wara diskussjonijiet mal-Awtoritajiet tas-Saħħa u ser jibqgħu japplikaw sakemm ikun hemm komunikat ieħor minn Transport Malta.