Seħħ ir-raba’ inċident f’park tad-divertiment fl-Istati Uniti f’perjodu ta’ ħamest ijiem. Dan hekk kif tifel ta’ tliet snin waqa’ minn fuq ‘roller coaster’ f’Pennsylvania.
Il-każ seħħ il-Ħamis fejn minkejja li t-tifel ittieħed l-isptar għall-kura, l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa anke għaliex il-ġenituri tiegħu hekk xtaqu.
Jidher li r-roller coaster li kien fuqha t-tifel kienet kemxejn antika hekk kif inbniet fl-1938. Intant, id-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-pajjiż qed jinvestiga dan il-każ, bir-‘roller coaster’ għalissa tinżamm magħluqa għall-pubbliku.