Il-Lombard Bank ser ikun qed joffri moratorju lill-klijenti li għandhom self fuq id-dar.
Dan hekk kif ir-riżorsi ta’ dawn il-klijenti jistgħu jiġu affettwati mill-pandemija tal-COVID-19.
Il-bank ser jagħti moratorju ta’ 12 -il xahar għal 80% tal-pagament dovut kull xahar.
Fi stqarrija l-bank Lombard stqarr li din l-għajnuna ser tingħata mingħajr spejjeż iżda xi kundizzjonijiet jistgħu japplikaw.
Klijenti li jixtiequ jagħmlu użu minn din l-iskema, huma mitluba jibgħatu e-mail fuq: homeloans@lombardmalta.com