Fid-dawl tal-imxija tal-Coronavirus, Transport Malta qed timplimenta numru ta’ servizzi onlajn għar-reġistrazzjoni ta’ dgħajjes u jottijiet taħt ir-Reġistru ‘Valletta’.
Fost is-servizzi onlajn, li l-Awtorità qed toffri hemm:
• It-tiġdid taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni;
• Reġistrazzjoni provizjonali u permanenti;
• Trasferiment minn sid għal ieħor;
• Servizzi anċillari oħra.
Il-ħlasijiet dovuti se jsiru permezz tal-karti tal-kreditu jew ta’ debitu.
Permezz ta’ din il-miżura, minbarra li qed innaqqsu l-kuntatt fiżiku, l-Awtorità qed tara li l-klijenti jindqdew xorta waħda mill-kumdità ta’ darhom.
Is-sidien tal-jottijiet u d-dgħajjes, inklużi dawk tas-sajd, li għandhom bżonn xi wieħed minn dawn is-servizzi huma mitluba li jibagħtu imejl fuq shipreg.tm@transport.gov.mt jew iċemplu fuq +35621250360.
Transport Malta tirringrazzja lill-pubbliku tal-kooperazzjoni.