Illum l-għaqda studenteska Pulse qiegħda tiċċelebra t-tlieta u għoxrin sena mill-bidu tagħha. F’dawn l-aħħar tlieta u għoxrin sena, il-Pulse dejjem kienet minn ta’ quddiem biex tmexxi l-valuri tagħha, prova ta’ dawn huma kampanji bħal ‘Change The System’, ‘The Student Fund’ u ‘Believe’.
Bil-kliem “‘Ambizzjoni, Dedikazzjoni u Suċċess’, l-għaqda Pulse qalet li dawn huma l-valuri li sena wara sena akkumpanjawha f’xogħolha.
Fi ħdan ic-cirkostanzi li għaddejjin minnhom bħalissa bħala pajjiż, l-għaqda Pulse qiegħda wkoll toffri id ta’ sostenn billi tipprovdi noti onlajn lil diversi studenti kif ukoll billi tagħti ideat ta’ kif l-istudenti għandhom jagħmlu użu tajjeb min dal-ħin. L-għaqda qalet li qed tħares ‘l quddiem għall-ġurnata fejn jerġa jiġi kollox għan-normal ħalli jkomplu jaħdmu għall-ġid tas-soċjeta’ speċjalment għall-istudenti.
Il-Pulse tixtieq tirringrazzja lil dawk in-nies kollha li tul dawn l-aħħar snin komplew imexxu lil għaqda ‘l quddiem, speċjalment lill-membri kollha tagħha li “mingħajrhom ma aħna xejn”.