Il-Bord tal-Eżamijiet tal-Matrikola qal fi stqarrija li l-eżamijiet bil-kitba se jibdew fit-tlieta u għoxrin ta’ April skont kif skedat.
Madanakollu, il-Bord żied li se jkompli jsegwi s-sitwazzjoni tal-COVID-19 mill-qrib u jikkomunika mal-awtoritajiet tas-saħħa u tal-edukazzjoni biex jekk jinbidlu l-affarijiet, joħroġ aktar informazzjoni.
Sadanittant, il-Bord tal-MATSEC ħabbar li se jissospendi parti mill-assessjar ta’ taqsimiet ta’ suġġetti vokazzjoni tal-Olevels.
Aktar informazzjoni dwar dan se tingħata meta jerġgħu jiftħu l-iskejjel.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/03/18/aggornat-l-iskejjel-se-jibqghu-maghluqin-sa-wara-l-btajjel-tal-ghid-l-gheluq-jista-jigi-estiz/