Il-pulizija ta’ Los Angeles sparat fuq ġuvni ta’ 14-il sena wara li prova jispara fid-direzzjoni tagħhom.
Id-dipartiment tal-pulizija kien qed jinvestiga każ ta’ vandaliżmu wara li persuni li jgħixu fl-inħawi ċemplu li kien qed isir att vandalu fiż-żona ta’ fejn jgħixu. Meta l-pulizija waslet fuq il-post rat lil żewġ żgħażagħ jiġru.
Persuna li kienet fuq il-post qalet li ż-żgħażugħ ta’ 14-il sena ħarab minn fuq il-post biex ma jinqabadx mill-puliżija iżda kien propju dak il-ħin li fil-paniku l-ġuvni spara fid-direzzjoni tal-uffiċjali.
Robert Arcos, li huwa uffiċjal tal-pulizija stqarr li huwa dejjem traġiku meta persuna titlef ħajjitha f’ċirkostanzi bħal dawn speċjalment meta tkun persuna ta’ din l-eta’.
L-omm ta’ dan it-tfajjel kienet emozjonata u mbikkma, u stqarret li dan il-ġuvni kien bilgħaqal u kienet tara biss rispett minnu.