Il-flotta tal-karozzi tal-linja qed jiġu ffumigati b’diżinfettant li jneħħi kull traċċa tal-Coronavirus.
Il-karozzi tal-linja qed jiġu ffumigati kuljum filwaqt li miżura simili daħlet fis-seħħ ukoll fuq il-vapuri kollha tal-Gozo Channel wara li l-kumpanija ddeċidiet li ta’ kull filgħaxija, dawn jiġu sterelizzati.
Iċ-Charmain ta’ Transport Malta, Joseph Bugeja spjega li l-ewwel esperiment fuq dan seħħ b’ suċċess it-Tnejn filgħaxija. Huwa spjega: “Ilbieraħ bdejna proċess importanti ħafna, il-fumigazzjoni ta’ kull karozza tal-linja kull filgħaxija. Kellna esperiment ilbieraħ u mar tajjeb ħafna. F’dawk li huma miżuri oħra, introduċejna wkoll il-ħasil tal-bus stops. Dawk qed isiru kuljum biex nikkontrollaw il-kontaminazzjoni.”
Is-Sur Bugeja appella biex dawk li jużaw it-trasport pubbliku ta’ kuljum jonoraw id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu bil-ħsieb li l-vjaġġi jsiru bl-aktar mod sigur għal kulħadd.
Huwa sostni: “Żewġ deċiżjonijiet li ħadna kienu li fejn hemm handling ta’ flus ma tingħatax bqija u hawn tlabna l-koperazzjoni tal-passiġġieri. Aktar importanti minn hekk iddeċidejna li ħadd ma jitla’ bilwieqfa. Nitlob lil kulħadd jgħinna u jirrispetta d-deċiżjoni biex nikkontrollaw is-sitwazzjoni.”
Intant matul il-lejl, id-diviżjoni tat-tindif u l-manutenzjoni fit-toroq ukoll għamel proċess ta’ fumigazzjoni fil-postijiet pubbliċi fosthom fuq diversi waqfiet ta’ tal-linja.
Ma’ dawn il-postijiet kien hemm iċ-childcare centre ta’ San Ġwann, li bħalissa qed jilqa’ wlied il-professjonisti tal-kura tas-saħħa.
Dan ukoll qed ġie ffumigat b’mod regolari.