Il-Ministru għall-Ekonomija ħabbar li ser topera titjiras speċjali (KM 7837) mill-Ġordan.
Dan bil-għan li jinġiebu lura 14 -il infermier Malti tal-ITU li bħalissa jinsabu maqbuda fil-Ġordan. Dan għaliex linji tal-ajru oħra ddeċiedew li jiefqu joperaw.
L-infermiera għandhom jaslu lura pajjiżna għall-ħabta tad-9:30 tat-Tnejn filgħaxija. Dawn ser ikunu qed isegwu kwarantina obbligatorja ta’ 14 -il jum.
Din it-titjira ser iseħħ minkejja li l-linja nazzjonali tal-ajru Maltija ma toperax lejn il-Ġordan. Dan hekk kif saru arranġamenti mal-Gvern tal-pajjiż biex din it-titjira mill-aktar fis possibbli biex inkomplu nassiguraw id-dispożizzjoni ta’ riżorsi neċessarji fi ħdan l-isptarijiet tagħna.