It-total ta’ mwiet kawża tal-virus COVID 19 fl-Italja huwa ta’ 1,809 persuna dan jpoġġi lill-Italja bħala l-iktar pajjiż milqut fl-Ewropa. Dan hekk kif in-numru ta’ każijiet telgħu għall-aktar minn 24,700.
Wara l-Italja hemm Spanja. Pajjiż li ra n-numru ta’ mwiet jirdoppja f’ġurnata għal ta’ 288 każ. Spanja segwew il-passi tal-Italja meta l-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez ddikjara lockdown.
Fir-Renju Unit aktar minn 10 t’elef suldat, baħri u pilota jinsabu fuq stand by għal ġimgħat li ġejjin hekk kif mistenni li s-sitwazzjoni ta’ kriżi eżistenti tkompli tippersisti.
Il-Ġermanja introduċiet b’mod temporanju kontrolli fil-pajjiż li jmissu mal-fruntiera ta’ l-Awstrija, Svizzera, Franza, Lussemburgu u d-Danimarka.
Intant fl-Awstrija pprojbixxu attivitajiet ta’ aktar minn ħames persuni.
Filwaqt li l-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka huwa mistenni li jiddikjara kwarantina fuq il-pajjiż kollu.
Fil-Maldivi t-total telgħa għal dak ta’ 13 u waqqaf milli jidħlu turisti minn Spanja, l-Ġermanja, Franza, Italja, Korea t’Isfel, iċ-Ċina u l-Bangladesh.
Il-Marokk ssospendew t-titjiriet kollha, segwiti mil-Libja, Alġerija u Tuneż.
Intant fl-Awstralja ġew iffriżati l-ispejjeż tal-kontijiet tal-elettriku, l-ilma, t-trasport pubbliku u tal-vetturi wara l-istat iddikjara stat ta’ emerġenza. Filwaqt li f’New York, Los Angeles u Las Vegas ingħalqu l-bars, r-ristoranti u l-casinos.
Huwa kkonfermat li dan il-virus laqat minn tal-inqas 26 nazzjon madwar il-kontinenti kollha.