F’messaġġ fuq il-paġna tal-Facebook, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li minħabba li ġimgħa ilu kienet fl-istess post fejn persuna oħra li rriżultat pożittiv għall-Coronavirus, l-Awtoritajiet tas-Saħħa talbuha biex tagħmel test għal dan.
Il-Ministru qalet li kien għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu li l-Professur Charmaine Gauci nfurmata li hija rriżultat fin-negattiv.
Il-Ministru Farrugia Portelli ntalbet sabiex għal din il-ġimgħa tibqa’ kwarantina d-dar.
Fil-messaġġ tagħha hija qalet li ser tibqa’ taħdem virtwalment mid-dar, anke minħabba li postha “hu qrib dawk fit-turiżmu nklużi tal-ħaddiema li għandhom l-impjieg tagħhom f’theddida.”