Fl-aħħar 24 siegħa, il-pulizija uffiċjali tas-Saħħa Pubblika għamlu 134 spezzjoni oħra fuq persuni li jinsabu fi kwarantina. Żewġ persuni oħra nstabu li kienu qed jiksru r-regolamenti tal-kwarantina mandatorja u ġew imħarrka elf ewro.
Mindu l-Gvern daħħal il-kwarantina mandatorja għal kull min jidħol Malta, saru 224 spezzjoni mill-awtoritajiet. B’kollox kien hemm erba’ każijiet fejn persuni nqabdu jiksru l-liġi. Fi stqarrija l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fis-sigħat li ġejjin, hekk kif huma parti mill-impenn tal-gvern biex jiġġieled kontra t-tixrid tal-Covid-19.