Għandna sitwazzjoni kalma u kkontrollata.
Hekk stqarr il-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista li xxandret b’mod dirett fuq l-istazzjon ONE.
Huwa laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li fieqet it-tieni persuna f’pajjiżna li kienet infettata bil-Coronavirus. Dan wara li din l-aħbar kienet imħabbra mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza stampa fl-Isptar Mater Dei iktar kmieni dalgħodu. Il-Prim Ministru stqarr li dan ikompli jikkonferma kemm m’hemmx lok ta’ biża.
Stqarr li d-deċizjonijiet dwar il-kwarantina mandatorja dejjem saru fuq kif bdiet tiżvolġi s-sitwazzjoni f’pajjiżi oħra. Il-Prim Ministru qal li d-deċiżjonijiet li qed jittieħdu qed ikomplu jnaqqsu l-bżonn li tittieħed id-deċiżjoni iebsa ta’ ‘lockdown’ fil-futur.
“Għandna sitwazzjoni kalma u kkontrollata.”
Hekk stqarr il-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista li xxandret il-Ħadd filgħodu fuq ONE.
Huwa laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li fieqet it-tieni persuna f’pajjiżna li kienet infettata bil-coronavirus.
“L-aqwa konferma tad-deċiżjonijiet tajbin u meqjusa li qiegħdin nieħdu huwa l-mod kif qed inżo mmu n-numri baxxi, dalgħodu kellna aħbar sabiħa li fieq it-tieni pazjent illi kien, illi kellu l-Coronavirus, l-Covid-19 u dawn huma affarijiet sbieħ ħafna. Anke kull min kien rikoverat sa issa fl-‘infectious diseases unit’, is-sintomi li kellu kienu ħfief, ma kienx hemm tbatijiet. Jiġiferi qiegħdin naraw li, kemm għandna affarijiet li huma taħt kontroll u kemm hu importanti li nneħħu dan l-element ta’ biża.”
Il-Prim Ministru spjega kif pajjiżna qiegħed f’partial lockdown hekk kif l-iskejjel u l-Qrati fost l-oħrajn jinsabu magħluqa u kull min jiġi minn barra jeħtieġ li joqgħod fuq kwarantina mandatorja.
Qal li miżuri oħrajn drastiċi jittieħdu skont il-ħtieġa u l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Qal li kull deċiżjoni trid tittieħed b’mod gradwali u b’mod li tnaqqas kemm tista’ l-impatt negattiv.
“Il-‘full lockdown’ ifisser tbatija kbira għall-poplu Malti u Għawdxi u la mhux qed ningħataw il-parir mediku li nagħmluha, mhux il-mument li nagħmluha. L-ikbar kwistjoni f’din kollha hija għal kemm. Jekk sa tagħfas il-buttuna tal-‘full lockdown’ jiena smajt perjodu ta’ xhur, jiġifieri aħna se nkunu qiegħdin ngħidu li l-poplu malti irid joqgħod magħluq ġod-dar tiegħu għal xhur.”
Stqarr li ħaddieħor qed ikun populist.
“Faċli Adrian Delia jgħidilna morru ‘Lockdown’. Qass spjega għadu iridx partial, full lockdown. ‘Partial’ diġa għamilnieha għadu qass irrealizza li aħna qiegħdin ‘Partial lockdown’. Imma jitkellem b’mod populist. Jitkellem bir-rispett kollu lejh, ma studjahx is-suġġett, issa jien m’inix tabib, jien avukat bħalu, imma studjajt, studjajt u kkonsultajt u niltaqa’ ta’ kuljum mal-esperti.”
Il-Prim Ministru spjega li l-familji Maltin u Għawdxin huma responsabbli u bħala poplu qed niġbdu ħabel wieħed mal-awtoritajiet tas-saħħa.
“Din mhux kwistjoni ta’ egoiżmu, din hija kwistjoni tal-aħna ikbar mill-jiena. Dejjem inħobb nużaha din il-frażi u f’dan il-mument, din mhux il-mument tal-‘jiena’. Dan huwa l-mument tal-aħna li naħsbu f’ħaddieħor ukoll. Li nkunu solidali ma ħaddieħor ukoll u li nieħdu dan l-approach kollettiv illi aktar ma nikkoperaw aktar se noħorġu mill-problema malajr.”
Dr. Abela fakkar fl-infurzar li qed isir u semma kif miżuri mħabbra biex jgħinu lin-negozji se jgħinu biex jilqgħu għall-impatt ekonomiku.
Qal li filwaqt li saħħet il-poplu hija l-aktar importanti jeħtieġ ukoll li nissalvagwardjaw l-impjiegi għaliex meta noħorġu minn din is-sitwazzjoni li laqtet id-dinja kollha, il-familji jridu jkomplu jaħdmu u jgħixu ħajjithom b’mod normali.
Fakkar li l-miżuri t’għajnuna lin-negozji setgħu jittieħdu għaliex pajjiżna għandu l-finanzi fis-sod u ekonomija b’saħħitha u reżiljenti.
Saħaq li l-Gvern mhux se jixxaħħaħ iżda kulħadd, inkluż min iħaddem irid jerfa’ parti mill-piż.
Il-Prim Ministru Robert Abela tenna l-importanza li l-anzjani jevitaw li joħorġu u jibqgħu fi djarhom għaliex il-coronavirus jista’ jolqothom b’mod aktar b’saħħtu.
Reġa’ saħaq li m’hemmx lok ta’ paniku u allarm iżda fl-istess waqt ir-responsabilità titlob li ma tkunx sitwazzjoni ta’ xejn m’hu xejn.
Dr. Abela temm jirrimarka li huwa fiduċjuż li bħala pajjiż magħqud, bħal katina waħda, se noħorġu minn din is-sitwazzjoni kemm jista’ jkun malajr.